Attivita Junior's Gathering

Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attività għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom, bi preparazzjoni għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2022. Din l-attività ser issir nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju 2022 fl-4:00pm fis-sala tal-Każin u ser tkun tikkonsisti f’ħafna logħob, mużika, karaoke, żfin f’atmosfera mill-isbaħ ta’ Festa.

Il-prezz huwa dak ta’ €7.00 li jinkludi l-ikel. Bookings isiru fuq 79539542 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq www.talgilju.com.


📸 Għafas hawn biex tara ritratti.