Fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena ta’ ħidma li timmarka it-30 sena mit-twaqqif tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ ġewwa l-Imqabba, is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju se torganizza quddiesa u ċerimonja qasira nhar is-Sibt 16 ta’ Lulju 2022, propju fil-ġurnata tal-anniversarju tal-privileġġ msemmi.

Fis-18:30 se tiġi ċċelebrata quddiesa bis-sehem tal-Kumitat il-ġdid u membri minn Kumitati passati tal-istess Sezzjoni ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba.

Fis-19:30 sessegwi ċerimonja qasira fejn ser ikun hemm preżentazzjoni lill-Kumitat Amministrattiv, kif ukoll it-tnedija tal-Logo Uffiċjali tat-30 Sena Anniversarju.

Wara jsegwi riċeviment żgħir tal-okkażjoni.