Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba jixtieq jesprimi gratitudni pubblika lejn l-Onorevoli Dr. Owen Bonnici, Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, tas-sapport kostanti tiegħu u l-appoġġ finanzjarju ofrut permezz tal-iskema ‘Ix-Xjenza u l-Innovazzjoni fil-Komunità’, mil-liema s-Soċjetà se tkun qed tibbenifika minn allokazzjoni ta’ fondi fil-ħolqien ta’ spazju kreattiv u innovattiv fid-daħla ta’ Palazz il-Ġilju, imżejjen b’installazzjonijiet ta’ fotografija, muntaġġi u forom oħra ta’ arti diġitali fissa madwar skrin interattiv, li jwassal arti jew messaġġi animati u awdjo-viżivi aġġornati bil-funzjoni ta’ ‘digital frame’ jew ‘community noticeboard’.
—
The Administrative Committee within the Our Lady of the Lily Musical Society of l-Imqabba would like to express its gratitude to the Hon. Dr. Owen Bonnici, Minister for Equality, Research and Innovation, for his continuous support and financial aid offered through the ‘Science and Innovation in the Community’ scheme, from which our Society will be benefiting from an allocation of funds in the creation of a creative and innovative space at the entrance of the premises, adorned with photographic installations, montages and other fixed digital art forms surrounding an interactive screen, displaying updated artworks or animated and audio-visual messages with the sole purpose of a communal digital frame or community noticeboard.