Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Sant’Andrija Appostlu li ser tiġi ċċelebrata ġewwa Ħal Luqa, l-Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ġiet mistiedna tagħti s-servizz mużikali tagħha nhar il-Ħadd 2 ta’ Lulju 2023, Jum il-Festa.

Is-sevizz jibda’ fis-6.30pm permezz ta’ marċ brijuż madwar it-toroq ta’ Ħal Luqa. Wara jsegwi programm mużikali fuq il-Planċier quddiem is-Sede tas-Soċjeta’ Mużikali Sant’ Andrija, fejn tilqa’ l-Proċessjoni bl-istatwa tal-istess Qaddis.