Il-Kummissjoni Sports fi ħdan is-Soċjeta’ Muzikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza il-‘Ġeraldu Debattista One Day Darts Tournament’.

Dan it-Tournament ser isir nhar il-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024, fil-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju, fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba mid-9.00am il-quddiem. Il-logħob ser ikun ‘Best out of 5 Legs’ u finali ‘Best out of 7 Legs’.

Premjijiet huma kif ġej:

  • €120 u Trophy għall-ewwel post;
  • €70 u Trophy għat-tieni post u
  • €30 u Trophy kull wieħed għal ‘Joint Third’.
  • Il-‘Highest Finish’ jieħu Trophy.
  • Waqt it-Tournament jingħataw punti li huma validi għall-Plejer tas-Sena.

Reġistrazzjoni għall-prezz ta’ €10. Kulhadd mistieden jipparteċipa. 🎯