Il-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju qiegħda torganizza Ikla b’risq l-ispettaklu tan-Nar nhar is-Sibt 23 ta’ Marzi 2024, ġewwa l-Każin tal-Ġilju.

Il-menu għal din l-attività jinkludi lasagna bħala l-ewwel platt. It-tieni platt huwa għażla bejn laħam jew inkella tiġieġ servuti b’ kontorn. Bħala deżerta ser tkun servuta deżerta magħmula homemade. Il-menu għat-tfal ser ikun għażla bejn Mac & Cheese, Burger jew Chicken Nuggets.  Ser jingħata wkoll luminata/ilma b’xejn!

Donazzjoni għal din l-attività ser tkun ta’ €20 għall-kbar, u €10 għat-tfal taħt it-12 -il sena. Ikkuntattjana fuq 9957 3871, sabiex tirriserva l-post tiegħek għal din l-attività!