FESTA MADONNA TAL-ĠILJU 2022

Program Festa 2022

2022 06 10 - The Blue Gathering

Il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju 2022

8.00pm – Festa Gathering 2022. Attività soċjali fil-Każin, f’atmosfera ta’ briju u divertiment niltaqgħu flimkien bil-familji tagħna u nagħtu bidu għall-Festa 2022. Dħul b’xejn.

2022 06 11 - Pasta Night

Is-Sibt 11 ta’ Ġunju 2022

8:00pm – Pasta Night fil-Pjazza ta’ quddiem il-Każin. Divertiment ser ikun provdut minn Marisa D’Amato u Kacey Camilleri.  Biljetti mingħand il-membri tal-Kumitat Soċjali.

2022 06 12 - HRUG TAL-VARA TAL-MADONNA TAL-ĠILJU

Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2022 – Ħruġ il-Vara min-Niċċa

8.00am            Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

10.45am          Id-Devoti kollha ta’ Marija Immakulata taħt it-Titlu singulari minn tal-Ġilju jinġabru fil-Knisja Parrokjali sabiex flimkien jilqgħu lill-Padruna tagħhom fil-Ħruġ TagħHa min-Niċċa. Wara l-ħarqa ta’ nofs in-nhar, niltaqgħu fil-Każin.

12.00pm         Fit-tmiem iċ-ċelebrazzjoni ġewwa l-Knisja fejn bi ħġarna nassistu għall-ħruġ tal-Vara min-Niċċa, mat-tokki ta’ nofsinhar, bħala tislima lill-Padruna tagħna l-Madonna tal-Ġilju, jkun hemm ħruq ta’ musketterija, salut, kaxxa nfernali u murtaletti.

9.30pm            Murtali, murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur.

FESTA 2022 - PREZENTAZZJONI TAT-TRABI U TFAL

It-Tnejn 13 ta’ Ġunju 2022 – Jum it-Tfal tal-Ġilju

5.30pm – Preżentazzjoni tat-trabi u tfal (sa ħames snin) quddiem il-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fil-Knisja Parrokjali.

6.30pm – Quddiesa għat-tfal tal-Parroċċa flimkien maż-żgħażagħ.

7.30pm – Niltaqgħu fi Triq Karmenu Ciantar sabiex nagħtu bidu għal attività Marjana li ser tkun akkumpanjata bil-Vara ż-żgħira tal-Madonna tal-Ġilju merfugħa mit-tfal. Mal-wasla fil-Pjazza, programm Marjan bis-sehem tat-tfal tal-Lily Juniors u l-allievi fi ħdan il-Banda Madonna tal-Ġilju.

FESTA 2022 - IKLA TAL-FESTA

It-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2022

6.30pm – Quddiesa għad-dilettanti tan-nar b’suffraġju għall-erwieħ ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom b’dan id-delizzju u għal dawk id-dilettanti li ħallewna.

8.30pm – Ikla fil-Pjazza.

FESTA 2022 - IL-MARC TAL-ERBGHA

L-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2022 – Jum ta’ Tħejjija

8.00am      Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm    Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

6.30pm      Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba b’suffraġju għall-erwieħ tas-Soċji, Bandisti u Benefatturi mejtin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u Fratelli mejtin tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni. Ċelebrant – Fr. John P. Curmi, Kappillan tal-Parroċċa. Bħas-snin l-imgħoddija, din il-Quddiesa tkun ukoll iddedikata b’mod speċjali għall-anzjani tar-raħal, sew dawk li jabitaw mal-familja fir-raħal stess, kif ukoll dawk li qegħdin f’xi residenza. Wara jkun hemm riċeviment ċkejken fil-każin. Inħeġġu lill-familjari tal-anzjani sabiex jinkoraġġuhom jattendu għal din l-attività ferm sabiħa.

7.45pm            Isir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

8.30pm      Il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun tibda marċ brijuż mill-Pjazza ta’ quddiem il- Każin tas-Soċjetà. Rotta: Pjazza, Madonna tal-Ġilju, Triq ix-Xriek, Santa Katerina, Ġublew tad-Djamanti, fejn issir ċerimonja kommemorattiva quddiem l-istatwa tal-ġebel tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-marċ isegwi għal Triq is-Sejba, Troll, Misraħ il-Missjoni ż-Żgħira, Triq il-Mitħna, Santa Katerina.

9.30pm            Waqt il-Marċ ikun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur.

10.30pm    Il-marċ ikompli bil-briju tas-Soċji u l-Partitarji għal Triq San Bażilju u jintemm quddiem il-Każin tas-Soċjetà.

2022 06 12 - FESTA MADONNA TAL-ĠILJU - KUNĊERT VOKALI U STRUMENTALI MILL-BANDA Madonna TAL-ĠILJU

Il-Ħamis 16 ta’ Ġunju 2022 – Jum il-Banda Madonna tal-Ġilju

8.00am      Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm    Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

6.30pm      Quddiesa kantata bil-prietka mill-Kan. Keith Scicluna, mill-Parroċċa San Lawrenz tal-Birgu. Wara jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-mużika tkun esegwita mill-Banda Madonna tal-Ġilju.

7.45pm       Mal-barka sagramentali, jsir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

8.30pm      Il-Banda Madonna tal-Ġilju, taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tagħha, Mro. Andrew Calleja, tesegwixxi programm vokali u strumentali mżewwaq bi preżentazzjonijiet varji multiviżivi. Dan il-Programm ser ikun taħt il-Patroċinju tal-Ex President tas-Soċjetà, is-Sur Teddy Farrugia bħala rikonoxximent tal-ħidma tiegħu b’risq is-Soċjetà. Inħeġġu lis-Soċji u l-Partitarji kollha, kif ukoll lill-ammiraturi tal-Banda tagħna sabiex jattendu għal din is-serata mużikali.

FESTA MADONNA TAL-ĠILJU 2022

Il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022 – Jum ta’ Tħejjija

8:00am      Quddiesa Kantata.  Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm    Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

6.30pm      Quddiesa kantata bil-prietka mill-Kan. Keith Scicluna, mill-Parroċċa San Lawrenz tal-Birgu. Il-mużika tiġi esegwita mill-Banda Madonna tal-Ġilju. Wara jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-mużika tkun esegwita mill-Banda Madonna tal-Ġilju.

7.45pm       Mal-Barka Sagramentali, isir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

9:00pm      Il-Banda Madonna tal-Ġilju, tagħti bidu għall-marċ tant rinomat “Tal-Ġimgħa”. Il-Banda tibda dan il-marċ mill-Pjazza u tkompli għal Triq Karmenu Ciantar, 9 t’April 1942, Misraħ il-Fidwa, Triq l-Imterrqa u Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija. Wara, il-marċ jissokta għal Triq Karmenu Ciantar.

9.15pm       Waqt il-marċ grandjuż tal-Ġimgħa, nassistu għall-ħruq ta’ murtali tradizzjonali ta’ beraq pront u beraq tal-kuluri, murtali tal-kulur u kaxxa infernali.

10.00pm    Immedjatament wara l-ħarqa tradizzjonali ta’ nar tal-ajru, il-marċ jissokta tul Triq Karmenu Ciantar għall-Pjazza ewlenija Mqabbija. Hawn jingħata bidu għall-marċ brijuż, ferm mistenni ġewwa raħalna permezz ta’ preżentazzjoni awdjoviżiva oriġinali. Wara, ir-rotta tal-marċ brijuż titkompla u tintemm permezz tat-tlugħ tradizzjonali tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-Pedestall tal-Vara l-Kbira f’atmosfera ta’ devozzjoni u preżentazzjonijiet oħra adattati flimkien ma’ ħruq ta’ tapit fi Triq il-Madonna tal-Ġilju li jagħlaq din it-tieni parti tal-okkażjoni. Wara jsegwi spettaklu piromużikali flimkien ma’ atmosfera ta’ mużika ma’ DJ lokali u akkumpanjament mużikali. L-aħħar parti tal-marċ tiħodna lura fil-Pjazza ewlenija fejn ser jiġi esebit spettaklu piromużikali.

11.45pm      Waqt it-tlugħ tal-istatwa ta’ Marija Immakulata fuq il-pedestall, ikun hemm ħruq ta’ Musketterija u tapit fi Triq il-Madonna tal-Ġilju.

FESTA MADONNA TAL-ĠILJU 2022

Is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2022 – Jum ta’ Tħejjija – Lejliet il-Festa

8.00am       Quddiesa Kantata. Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u murtaletti.

8.30am       Servizz tal-Qrar fil-Knisja Parrokkjali pprovdut minn konfessuri barranin sal-10.30am.

12.00pm     Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

4.30pm      Servizz tal-Qrar minn konfessuri barranin fil-Knisja Parrokkjali sas-6.30pm. Inħeġġukom biex tersqu għall-Qrar u t-Tqarbin fil-Festa.

6:00pm      Għasar Solenni bil-vuċijiet, immexxija mill-Kappillan Dun John P. Curmi.

6.30pm      Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor tal-Parroċċa. Iqaddes il-Kappillan tal-Parroċċa Fr. John P. Curmi. Jipprietka l-Kan. Keith Scicluna, mill-Parroċċa San Lawrenz tal-Birgu. Wara l-Quddiesa titkanta s-Salve Regina, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.  Il-mużika tiġi esegwita mill-Banda Madonna tal-Ġilju.

7:45pm        Mat-tokki li jwasslu għat-tmiem taċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika ta’ Lejliet il-Festa jsir ħruq ta’ musketterija, salut, murtali bil-logħob u murtaletti.

8:00pm      Il-Banda tas-Soċjetà Filarmonika La Vittoria tal-Mellieħa tibda marċ minn Triq Santa Katerina għall-pjazza.

8:45pm      Taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tagħha, Mro Ryan Mallia, il-Banda La Vittoria tesegwixxi programm mużikali varjat fuq il-Planċier Meravilja.

9.45pm      Spettaklu Pirotekniku, b’diversi murtali tal-beraq bil-logħob, murtali tradizzjonali ta’ beraq pront u beraq tal-kuluri, flimkien ma’ diversi settijiet ta’ murtali tal-kulur.

10:15pm    L-istess banda tkompli b’marċ mill-pjazza ta’ quddiem il-Każin għal tul Triq K. Ciantar u jintemm bl-Innu lill-Madonna tal-Ġilju.

11.00pm    Nassistu għal spettaklu ieħor ta’ nar tal-art oriġinali u mekkanizzat quddiem “Ġnien il-Madonna tal-Ġilju” fil-Bypass tal-Imqabba.

Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2022 – Jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

7.00am       Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna.

8.00am       Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna.  Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u murtaletti.

9.00am       Quddiesa Solenni kkonċelebrata bis-sehem tal-orkestra, immexxija mill-Kan. Charlie Cini, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Publiju, il-Floriana.  Wara l-Evanġelju, il-Kan. Stephen Attard, Viċi-Parroku tal-Parroċċa ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq, jinseġ Paneġierku dwar il-ħajja u l-virtujiet tal-Madonna taħt it-titlu “Tal-Ġilju”. Il-mużika hija tad-Dinastija Camilleri u tkun taħt id-direzzjoni ta’ Maestro di Cappella Andrew Calleja. It-tokki tas-Sanctus ikunu akkumpanjati bin-nar tal-ajru.  Il-mużika tiġi esegwita mill-Banda Madonna tal-Ġilju.

9.45am       Mad-daqq tas-Santu, ħruq ta’ murtali u murtaletti.

10.45am     Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna.

11.45am     Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna.

12.00pm    Ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

1.00pm      Il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali u tant popolari ta’ Nofsinhar. Il-marċ jibda minn quddiem il-Każin, jissokta għal Triq id-Duluri u jdur lura għal quddiem il-Muniċipju tal-Kunsill Lokali għal Triq il-Parroċċa (magħrufa bħala t-Triq tan-Nofs) u l-Pjazza tal-Knisja b’konklużjoni quddiem il-Każin għall-ħabta tat-3.00pm.

6.00pm      Il-Banda Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa tagħmel marċ minn Triq Santa Katerina sal-Pjazza.

6:00pm      Għasar Solenni immexxi mill-Kan. Charlie Cini, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Publiju, il-Floriana.

7.00pm      Il-qofol tal-Festa wasal! Jingħata bidu għall-Ħruġ tal-Purċissjoni bl-Istatwa tant għażiża u devota tal-MADONNA TAL-ĠILJU li jkun akkumpanjat minn ħruq ta’ salut. Hawnhekk inħeġġu lid-Devoti, Soċji u Partitarji kollha tal-Madonna sabiex ikunu f’posthom fuq iz-zuntier tal-Knisja sabiex nagħtu tislima xierqa lil Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu uniku minn TAL-ĠILJU. Il-Purċissjoni tkun immexxija mill-Kan. Charlie Cini, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Publiju, il-Floriana. Il-Banda Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa ssellem lill-Madonna tal-Ġilju bl-Innu tagħha filwaqt li l-kantanta Marisa D’Amato tinterpreta l-Ave Maria.  Wara li tindaqq l-Ave Maria, tinħaraq kaxxa nfernali segwita minn murtali bil-logħob.

8.30pm      Mument tant mistenni mid-devoti kollha tal-Madonna huwa l-waqt meta l-Istatwa Artistika tal-Madonna tal-Ġilju, tasal fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Il-Banda Sant’ Andrija, diretta mis-Surmast Michael Pulis, tesegwixxi l-Innu lill-Madonna tal-Ġilju, xogħol klassiku tas-Surmast Joseph Darmanin, fuq lirika tal-poeta Dun Frans Camilleri, li huwa l-qofol ta’ din il-parti. Flimkien mal-Banda jieħdu sehem it-Tenur Arthur Micallef,  il-Baritonu Pio Dalli u l-Kor ‘Tota Pulchra’ mill-Parroċċa Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata ta’ Bormla mmexxi mis-Sur Walter Tonna, bil-parteċipazzjoni wkoll tal-Kantanta Marthese Tanti li tinterpreta l-Ave Maria u li kollettivament janimaw din il-parti devozzjonali tal-Purċissjoni, ippreżentata mis-Sur Michael Sciortino li wkoll jaqra silta letterarja Marjana marbuta mal-Festa. Inħeġġu lid-Devoti kollha jieħdu sehem attiv sabiex ilkoll flimkien f’komunità waħda nagħtu ġieħ u nfaħħru lil Ommna Marija li tant ngħożżu bil-qalb.

9.15pm      Wara l-waqfa sabiex jindaqq l-Innu l-Kbir lil Ommna u Padruna tagħna l-MADONNA tal-ĠILJU nassistu għall-ħruq ta’ musketterija, murtali tal-beraq pront u murtali tal-kulur. Mad-dħul tal-Vara, tinħaraq kaxxa nfernali tal-kulur, li tagħlaq il-Festi ta’ din is-sena.

10.00pm    Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Antifona, Espożizzjoni u Barka Sagramentali. Wara jkun hemm il-bews tar-Relikwa tal-Madonna. Il-mużika li ser tindaqq f’Jum il-Festa hija tad-Dinastija Camilleri u tkun taħt id-direzzjoni ta’ Maestro di Cappella Andrew Calleja.

10:15pm    Hekk kif tintemm iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika ġewwa l-Knisja Parrokkjali, l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju flimkien mal-familjari tagħhom tagħmel ir-ringrazzjament tagħha ġewwa l-Knisja. Ikun ġest ferm sabiħ jekk ilkoll flimkien mal-familji tagħna ningħaqdu flimkien mal-Kappillan tal-Parroċċa sabiex nagħlqu din il-Festa flimkien b’ringrazzjament lil Alla l-Imbierek u lil Ommu u Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu Devot minn TAL-ĠILJU u nitolbuHa sabiex iżżomm dejjem idejHa fuq il-membri kollha tas-Soċjetà li minn dejjem ħaddnet u għożżot isimHa.

It-Tnejn 20 ta’ Ġunju 2022- L-Għada tal-Festa

1.30pm      Tingħata bidu għax-xalata tradizzjonali tal-għada tal-festa. Din titlaq minn quddiem il-Każin. Bħal kull sena, l-ewwel immorru l-Armier u wara nirħulha għal Baħar iċ-Ċagħaq.

7:00pm      Niltaqgħu qabel id-daħla tal-mina ħalli, bħalma hi t-tradizzjoni, ngħaddu mill-irħula tal-qrib sa ma naslu r-raħal tagħna u b’mod trijonfali nidħlu fil-pjazza ewlenija ta’ quddiem il-Każin.